#muscatgate Elezzjoni 2017

FILMAT: Ara kif l-istazzjon BBC qed jirraporta l-elezzjoni f’Malta

L-istazzjon tar-radju tal-BBC qed jirraporta l-elezzjoni f’Malta, hekk kif illum, eluf ta’ Maltin u Għawdxin qed jivvutaw f’elezzjoni ġenerali bikrija.

Fis-servizz tal-aħbarijiet dwar Malta, il-BBC jirraporta li Malta qed tmur għal elezzjoni ġenerali li ssejħet mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li “jinsab maħkum minn allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni”, tant li qed jittama li jerġa’ jirbaħ il-kunfidenza tal-pubbliku.

Ir-rapport tal-BBC jgħid hekk: “Malta is holding snap parliamentary elections. They were called by the Labour Prime Minister Joseph Muscat who, embroiled in corruption allegations is seeking a confidence vote from the public. Labour is pitted against the opposition Nationalist Party led by Simon Busuttil.”

Aktar kmieni, anke l-website internazzjonali ‘Reuters’ irrappurtat l-elezzjoni ġenerali f’Malta.

Filmat: Recording miġjub mill-BBC; muntaġġ: NET News