“Ejjew ma ninsewx, li jkun xi jkun ir-riżultat, aħna nibqgħu poplu u nazzjon wieħed, ġirien, u familjari ta’ xulxin” – kliem il-President tar-Repubblika ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca f’messagg indirizzat lill-poplu Malti fl-għeluq tal-elezzjoni.
Fid-diskors tagħha, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li b’diżpjaċir innutat żieda qawwija f’tgħajjir, insulti u diżrispett lejn xulxin f’din il-kampanja elettorali – u li fiha twarrbu l-valuri tal-kompassjoni, is-solidarjeta’ u s-sens komunitarju.
Fi kliema, il-President fissret id-dispjaċir tagħha għall-fatt li fid-diskorsi tagħha wissiet diversi drabi fuq l-abbuż mill-mezzi tal-komunikazzjoni speċjalment dawk soċjali. Iżda f’dawn il-ġimgħat tal-kampanja elettorali dawn l-abbużi kibbru.
Marie-Louise Coleiro Preca kompliet bil-messaġġ ta’ għaqda tagħha, u appellat biex jeħtieġ jirritornaw għad-djalogu mibni fuq il-fatti u fuq ir-rispett reċiproku. Il-President appellat lill-mexxejja tal-partiti biex ikunu ta’ eżempju u jagħmlu l-ewwel passi.
//= $special ?>