Charlotte Wingfield rebħet il-midalja tad-deheb fil-200 metru fl-aħħar jum ta-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar li saruf’San Marino. Hi mhux biss spiċċat l-ewwel imma anke irreġistrat rekord nazzjonali ieħor f’din il-kategorija b’ħin ta’ 23.78 sekondi.
Hi għelbet l-isfida ta’ Gudbjorg Bjarnadottir tal-Iżlanda li daħlet fit-tieni post u ta’ Patrizia Van Der Weken li spiċċat fit-tielet post.
Din kienet it-tieni midalja tad-deheb li rebħet Wingfield wara li jiem qabel rebħet id-deheb fil-finali tal-100 metru.
//= $special ?>