Futbol Sport

Il-bandiera Maltija tperper fi Piazza San Carlo, f’Turin

Il-bandiera Maltija tispikka f’Turin, qalb mijiet ta’ bnadar bojod u suwed, hekk kif il-Juventini li ma rnexxilhomx jitilgħu f’Cardiff għall-finali taċ-Champions League qed jinġabru f’din il-pjazza ewlenija.

Fi Piazza San Carlo, fejn eluf mistennija jaraw il-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid, hemm ukoll mijiet ta’ Maltin li fl-aħħar jiem telgħu bi ħġarhom.