Futbol Internazzjonali Lokali Sport

INFORMAZZJONI IMPORTANTI għall-Maltin involuti fl-inċidenti fi Piazza San Carlo

Il-Maltin involuti fl-inċidenti fi Piazza San Carlo, fejn sfortunatament hemm ukoll Maltin li sofrew xi ġireħi, jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxata Maltija fl-Italja f’każ ta’ bżonn.

Dawk li għandhom bżonn l-għajnuna mill-Ambaxxata Maltija huma mitluba jagħmlu kuntatt fuq +39 348 2412437. L-Ambaxxata Maltija qed toffri l-għajnuna tagħha lil kull min ikollu bżonn.

Iktar kmieni: Mill-inqas żewġ Maltin weġġgħu wara paniku li nqala’ fi Piazza San Carlo, ġewwa Turin, fejn il-partitarji kienu qed isegwu l-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid.

Jirriżulta li wara gowl ta’ Real Madrid, partitarju ta’ Juventus xegħel flare u nstema’ ħoss ta’ splużjoni li wassal biex il-folla ħasbet li kien seħħ xi attakk terroristiku. Kien hawn li l-folla ġriet ‘il barra mill-pjazza u dan wassal biex ħafna spiċċaw jgħaffġu fuq xulxin.

Jirriżulta li dan wassal ukoll biex ċediet parti minn sezzjoni fejn kienu l-partitarji, b’numru ta’ persuni jispiċċaw jaqgħu fuq xulxin. L-ewwel ċifri jindikaw li mill-inqas 40 persuna sofrew xi ġrieħi, iżda dan l-ammont hu ikbar għaliex ħafna ħarbu mill-post.

Ħafna minn dawk preżenti, inkluż Maltin, sofrew ukoll minn qatgħa kbira.


Ritratt li juri l-ġrieħi li ġarrab Taljan li jgħix f’Malta.