Xufier ta’ tal-linja kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut argument.
Il-każ seħħ fi 12.45pm fin-Naxxar meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza misjuqa minn raġel ta 31 sena mill-Belt Valletta u xarabank misjuqa minn xufier ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar. Kien hawnhekk li ż-żewġ sewwieqa ħarġu għal xulxin u spiċċaw fl-idejn.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li a;;egatament is-sewwieq tal-karozza niżel għall-vittma b’ħadida f’idejh.
Filwaqt li ħadd mill-passiġġieri ma’ ġarbu xi ġrieħi, ż-Żabbari ġarrab ġrieħi ħfief.
Sadanittant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

