Elezzjoni 2017

RITRATTI: Jivvutaw l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu għall-ħabta tal-11am huwa mar jivvota fl-iskola Primarja ta’ Ħal Lija. F’kummenti li ta wara il-vot huwa qal li “Iċ-ċavetta ta’ pajjiżna hija f’idejn il-poplu”.

Simon Busuttil qal li illum hija l-ġurnata tal-poplu meta l-poplu hu sovran biċ-ċavetta ta’ pajjiżna f’idejh.

Marlene Farrugia l-Kap tal-Partit Demokratiku marret tivvota għall-ħabta tat-tmienja fil-Kulleġġ San Benedittu Skola Primarja fil-Qrendi.

Għall-ħabta tal-10am Joseph Muscat xeħet il-vot tiegħu f’Burmarrad f’kamra li tagħmel parti mill-knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad.

F’Ħal Lija dalgħodu għall-ħabta tad-9am il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca marret tivvota fl-iskola Primarja tal-lokal. Hija kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha Edgar Preca.

Intant l-Arċisqof ta’ Malta Mons Charles J. Scicluna mar jivvota għall-ħabta ta’ nofsinhar fl-iskola ta’ Ħal Lija.