Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia, kandidata fil-lista tal-Partit Nazzjonalista vvutat dalgħodu għall-ħabta tat-8am fil-Kulleġġ San Benedittu Skola Primarja fil-Qrendi. Hi waslet akkumpanjata mit-Tabib Godfrey Farugia li wkoll hu kandidat tal-Partit Demokratiku fil-lista tal-Partit Nazzjonalista.
Sadattant l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President Marie Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u l-Arcisqof ta’ Malta Charles Scicluna se jivvutaw fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>