Rapporti minn Turin, fl-Italja, qalu li weġġgħu xi nies waqt ir-rassa u l-kaos li nqalgħu fi Piazza San Carlo, fejn kien hemm folol kbar qed isegwu l-finali taċ-Champions League bejn Juventus u Real Madrid li kienet qed tintlagħab f’Cardiff.
Il-paniku nqala’ waqt ‘splużjoni’ fil-pjazza li kienet ippakkjata bil-partitarji tal-Juventus, bil-filmati li bdew jiċċirkulaw online juru lin-nies jiġru mill-inħawi fost id-dwal tal-karrozzi tal-pulizija u l-ħsejjes tan-nies qed jgħajjtu lil xulxin.
Hemm versjonijiet differenti dwar is-sors ‘tal-isplużjoni’, b’uħud jissuġġerixxu li l-isplużjoni kienet ġejja minn xi logħob tan-nar. Intant, dan kien biżżejjed biex iwerwer sew lill-partitarji li kienu konxji mit-theddida terroristika kontinwa madwar l-Ewropa.
//= $special ?>