Internazzjonali

Tinsteraq l-urna li kien fiha moħħ Don Bosco

Xokk fl-Italja hekk kif fl-aħħar sigħat, persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu fil-Basilica di Colle Don Bosco minn fejn serqu urna li kien fiha moħħ San Giovanni Bosco.

L-urna bir-relikwa tal-qaddis li ħadem f’Turin u hu magħruf għall-ħidma tiegħu maż-żgħażagħ, inkluż bit-twaqqif tas-Sależjani, kienet tinsab fuq wara tal-altar maġġur tal-bażilika.