Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Simon Busuttil isostni li l-PN jirrispetta d-deċiżjoni, filwaqt li se jibda proċess biex janalizza r-riżultat

Simon Busuttil stqarr li l-Partrit Nazzjonalista jrid jibda proċess intern u jkun Oppożizzjoni b’saħħitha.

Fl-ewwel messaġġ tiegħu lil poplu Malti wara li aktar kmieni ikkonċeda t-telfa elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt, il-Kap tal-Partit Simon Busuttil qal li inxtegħlet fjamma li rridu nżommuha mixgħula.

Simon Busuttil kien qed jitkellem waqt programm speċjali dwar l-Elezzjoni Ġenerali fuq NET Television.

Hu qal li l-Partit Nazzjonalista jbaxxri rasu u jirrispetta l-verdett tal-poplu. Kompla, li issa l-Partrit Nazzjonalista jrid jibda proċess intern u jkun Oppożizzjoni b’saħħitha.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk li taw il-fiduċja tagħhom lill-Partit, lill-ħaddiema, lil voluntieri. Simon Busuttil irringrazzja wkoll lil dawk li huma l-iktar vicin tiegħu.