Sport Sport Ieħor

MOTOGP – Dovizioso jirbaħ il-Grand Prix ta’ Mugello

Is-sewwieq Taljan Andrea Dovizioso rebaħ il-Grand Prix ta’ Mugello fl-Italja. Din kienet l-ewwel rebħa li kisbu d-Ducati sa mill-2009 meta dakinhar kien Casey Stoner li ħareġ rebbieħ.
Ir-rebħa ta’ Divizioso hi waħda ferm speċjali meta wieħed iqis li dan ma kienx se jieħu sehem fit-tellieqa minħabba li filgħodu kien ma jiflaħx.

Minkejja dan hu għamel sfroz mill-akbar u mhux biss ħa sehem iżda rebaħ it-tellieqa. Mal-14-il dawra hu qabeż lil Maverick Vinales tal-Yamaha biex minn hemm ‘il quddiem iddefenda l-ewwel post.
Vinales daħal 1.281’ sekondi wara Dovizioso filwaqt li fit-tielet post spiċċa sewwieq ieħor Taljan, Danilo Petrucci, ukoll tad-Ducati.

It-Taljan l-ieħor Valentino Rossi tal-Yamaha temm fir-raba’ post u ċ-champion renjanti tal-Honda Marc Marquez iddiżappunta hekk kif temm fis-sitt post. Vinales issa qiegħed fl-ewwel post b’105 punti u warajh hemm Dovizioso b’79 punt, erba’ punti aktar minn Valentino Rossi.