Elezzjoni 2017

“Nirringrazzja lil Simon Busuttil li mexxa partit fl-agħar mumenti” – Michael Briguglio

Briguglio qal ukoll li għandu jingħata rispett lill-voluntiera kollha li ħadmu qatiegħ matul il-kampanja elettorali.

“Nixtieq nirringrazzja lil Simon Busuttil talli kellu l-kuraġġ imexxi partit fl-agħar mumenti.” Dan qalu Michael Briguglio permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook ftit wara li tħabbar ir-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali 2017.

Apparti minn hekk, Birguglio qal ukoll li fuq nota personali jixtieq jirringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista talli ta tama lill-poplu Malti u lilu nniffsu. Qal li jixtieq li aktar nies jiltaqgħu miegħu.

Briguglio qal ukoll li għandu jingħata rispett lill-voluntiera kollha li ħadmu qatiegħ matul il-kampanja elettorali.