Lokali

Raġel ta’ 62 sena bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji
Fl-inċident kien hemm involuti żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta' 48 sena mill-Ħamrun u l-oħra misjuqa minn raġel ta' 50 sena f'Ħaż-Żebbuġ.

Raġel ta’ 62 sena mill-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Buskett. Fl-inċident kien hemm involuti żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 48 sena mill-Ħamrun u l-oħra misjuqa minn raġel ta’ 50 sena f’Ħaż-Żebbuġ. Flimkien mas-sewwieq mill-Ħamrun kien hemm ukoll passiġġier ta’ 62 sena li kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.