Lokali

RITRATTI: Vettura tinqaleb fi Triq Dawret il-Gżejjer, f’San Pawl il-Baħar

Parti minn Triq Dawret il-Gżejjer, f’San Pawl il-Baħar, kellha tingħalaq wara inċident bejn żewġ vetturi, li wassal biex waħda minnhom tinqaleb u l-oħra tispiċċa fuq il-bankina.

Jirriżulta li l-vettura li nqalbet, tat-tip Toyota Starlet, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 60 sena residenti f’San pawl il-Baħar stess meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u laqtet vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet ipparkjata.

Jirriżulta li s-sewwieqa sofriet xi ġrieħi f’dan l-inċident.