Internazzjonali

Diversi persuni mejta wara sparatura f’Orlando fi Florida

Diversi persuni mietu  u oħrajn indarbu wara sparatura t-Tnejn f’Orlando fi Florida.

Sa issa kienu konfermati mejta ħames persuni, fosthom dak li spara.

L-isparatura seħħet qrib l-anniversarju tal-massakru li kien hemm fin-nightclub Pulse fl-istess Orlando u li fih 49 persuna nqatlu.

Il-Pulizija qalet li m’hemmx rabta mat-terroriżmu fl-isparatura li kien hemm.