Lokali

Imut l-eks Kummissarju Elettorali Vanni Ganado

Matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt tal-eks Kummissarju Elettorali Vanni Ganado.

Vanni Ganado kien Kummissarju Elettorali bejn is-snin 1996 u l-2015.

Malli saret magħrufa din l-aħbar, fis-sala tal-għadd tal-voti fejn għadu għaddej il-proċess, il-Kummissarju Elettorali Dr. Ray Zammit, talab biex tinżamm minuta silenzju b’rispett.