Hekk kif ingħalaq l-ewwel għadd tal-voti kien ippublikat ir-riżultat uffiċjali ta’ din l-elezzjoni ġenerali li rat il-konferma tal-Partit Laburista fil-Gvern.
Il-Partit Laburista kiseb total ta’ 55% tal-voti mitfugħa, li jfissru total 170,976 vot. Il-Partit Nazzjonalista kiseb total ta’ 43.7 fil-mija tal-voti mitfugha li jfissru total ta’ 135,696 vot.
L-alternattiva Demokratika, kisbet 0.8 fil-mija tal-voti mitfugha ghal total ta’ ftit aktar minn 2,564 vot. Partit oħrajn kisbu total ta’ 0.4 fil-mija jew 1,338 vot.
Kandidati Indipendent ġabu total ta’ 91 vot għal total ta 0.03 fil-mija.
Jekk wieħed jikkompara r-riżultat elettorali mal-elezzjoni tal-2013. Il-Partit Laburista żied 0.4% għal żieda li tissarraf fi 3,270 vot.
Il-Partit Nazzjonalista żied 3,443 vot jew żieda ta’ 0.2 fil-mija. L-Alternattiva Demokratika rat tnaqqis ta’ 2,942 vot jew inkella tnaqqis ta’ wieħed fil-mija.