Elezzjoni 2017 Lokali

L-ELCOM tibqa’ ssegwi l-proċess elettorali sal-aħħar

F’kummenti ma’ netnews.com.mt, id-Direttur tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Matthew Mangion sostna li l-proċess elettorali hu wieħed rigoruż u f’kull stadju, ikun hemm diversi individwi li jsegwu l-proċeduri kollha. Matthew Mangion assigura li anke fl-elezzjoni ġenerali ta’ din is-sena, f’kull stadju li fih kien involut l-ELCOM, saru l-verifiki kollha neċessarji.

L-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jsegwi l-proċess elettorali sal-aħħar. Fost l-oħrajn, il-proċess tal-għadd tal-voti għadu għaddej u mistenni jibqa’ għaddej sa tard it-Tlieta jew kmieni l-Erbgħa filgħodu.