Il-Pulizija fir-Renju Unit qalu li jafu l-identitá ta’ dawk li wettqu l-attakk terroristiku tas-Sibt filgħaxija f’Londra. Attakk li ħalla seba’ persuni mejta.
L-Assistent Kummissarju tal-Metropolitan Police, Mark Rowley saħaq li qed jitwettaq progress f’dak li għandu x’jaqsam l-identifikazzjoni tat-tlett aggressuri, kif ukoll kkonfermaw li ma kien hemm l-ebda aktar suspettati fiz-zona waqt l-attakk. Huwa żied jgħid li 7 persuni nqatlu kif ukoll t-3 aggressuri.
Dan hekk kif l-ISIS ħadu r-responsabbiltà tal-attakk.
Il-Pulizija Ingliża qalet li kienet qed tagħmel progress fl-investigazzjonijiet u kien hemm anki xi nies arrestati.
Sadattant il-Prim Ministru Ingliż Theresa May kellha kliem iebes kontra dak li ġara…it-tielet attakk terroristikuf ir-Renju Unit f’daqstant ġranet. Hija insistiet li l-attakki riċenti huma marbuta bl-istess ideoloġija ta’ mibgħeda tal-estremiżmu Iżlamiku li jiżra l-kattiverja u l-vjolenza.
Il-Prim Ministru Ingliż żiedet li twettaq progress sinnifikanti fl-aħħar snin madanakollu stqarret li fir-Renju Unit teżisti wisq tolleranza għall-estremiżmu.
Dan kollu seħħ hekk kif il-Ħamis se ssir l-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit. Il-kampanja l-Ħadd kienet sospiża minħabba dak li ġara s-Sibt filgħaxija imma t-Tnejn
Sadattant bħala effett ta’ dan l-attakk u oħrajn li saru, l-Għarabja Sawdija, l-Eġittu, il-Bahrain u l-Emirati Għarab Maqgħuda ħadu pass bla preċedent temmew ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Qatar. Dan għaliex qalu li l-Qatar jappoġġja gruppi militanti Iżlamiċi fosthom l-ISIS u l-al-Qaeda.
Bħala reazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, l-Għarabja Sawdija għalqet il-fruntieri u temmet kull kuntatt mill-art, arju u baħar mal-Qatar.
Sadattant il-Ħadd filgħaxija f’Manchester sar kunċert kbir f’ġieħ il-vittmi tal-attakk ta’ ġimgħatejn ilu f’din il-belt waqt kunċert ta’ Ariane Grande.
Kunċert fejn fost l-affarijiet spikkaw diveri kantanti u gruppi ta’ fama internazzjonali fosthom Robbie Williams, Miley Cyrus, il-Coldplay u Pharrell Williams.
//= $special ?>