Futbol Sport

Malta taffronta lill-Ukrajna fi Graz

It-Tlieta fis-7pm it-tim nazzjonali Malti jilgħab kontra l-Ukrajna f’partita ta’ ħbiberija fi Graz fl-Awstrija. Il-Maltin se jkunu qed jużaw din il-logħba biex iħejju għall-partita ta’ erbat ijiem kontra barra minn darhom kontra s-Slovenja. Din hi logħba valida għar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Minn naħa tagħhom anke l-Ukrajna se jkunu impenjati f’logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u din se tkun dik barra minn darhom kontra l-Finlandja fil-11 ta’ Ġunju.

L-aħħar sessjoni ta’ taħriġ li kellu t-tim Malti kien hemm xita kontinwa. Id-difensur Sam Magri ingħaqad mal-kumplament tat-tim tard it-Tnejn filgħaxija wara li żżewweġ fi tmiem il-ġimgħa.

L-iskwadra msejjħa minn Ghedin hi din:
Gowlkipers: Henry Bonello (Birkirkara); Andrew Hogg (Hibernians)
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians); Myles Beerman (Glasgow Rangers, Skozja); Steve Borg (Valletta); Ryan Camilleri (Valletta); Clayton Failla (Hibernians); Sam Magri (Dover Athletic, Ingilterra); Alex Muscat (Sliema Wanderers); Zach Muscat (Arezzo, Italja); Joseph Zerafa (Birkirkara).
Midfielders: Johann Bezzina (Hibernians);Dale Camilleri (St Andrews) Ryan Fenech (Balzan); Bjorn Kristensen (Hibernians); Steve Pisani (Floriana)
Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan); Luke Gambin (Luton Town, England); Michael Mifsud (Valletta); Andrè Schembri (Boavista, Portugall).