Elezzjoni 2017 Lokali

10 deputati eletti għall-ewwel darba : Ara min huma

Ir-riżultat elettorali jġib miegħu espressjonijiet differenti, reazzjonijiet differenti, kandidati ġodda u oħrajn li ma jkunux eletti minkejja li jkunu ilhom iservu fil-Parlament.

Huma għaxra l-kandidati ġodda li kienu eletti fil-parlament, tlieta għall-Partit Nazzjonalista u seba’ għall-partit Laburista.

Bħala kandidati ġodda għall-Partit Nazzjonalista kienu eletti  Therese Commodini Cachia mit-tmien distrett, Jean Pierre Debono mis-7 distrett u Hermann Schiavone mill-ħames distrett.

Il-kandidati ġodda Laburisti li kienu eletti  huma Aaron Farrugia mill-ewwel distrett, Silvio Grixti fit-tielet distrett, Byron Camilleri mir-raba’ distrett, Robert Abela mis-6 distrett, Alex Muscat mill-11-il distrett, Julia Farrugia mill-5 distrett  u Clint Camilleri mit-13-il distrett, id-distrett ta Ghawdex.

Bħal f’kull elezzjoni kien hemm numru ta’ kandidati li servew fl-aħħar leġiżlatura iżda li ma kinux eletti.

Dawn huma d-deputati kollha eletti f’din l-elezjzoni ġenerali:

Distrett 1 

PN  De Marco Mario/Grech Claudio

PL   Debattista Deo/Farrugia Aaron/Jose’ Herrera

Distrett 2  

PN  Spiteri Stephen

PL  Agius Chris/Dalli Helena/Mizzi Joe/Muscat Joseph

Distrett 3 

PN Mario Galea

PL  Fearne Chris/ Carmelo Abela / Helena Dalli / Silvio Grixti

Distrett 4 

PN  Azzopradi Jason

PL  Fearne Chris/Mizzi Konrad/Parnis Silvio/Camilleri Byron

Distrett 5  

PN Toni Bezzina / Hermann Schiavone

PL  Muscat Joseph/ Bonnici Owen/ Farrugia Portelli Julia

Distrett 6  

PN  Callus Ryan/Puli Clyde

PL  Abela Robert/Galdes Roderick/ Schembri Silvio

Distrett 7 

PN Fenech Adami Beppe/ Debono Jean Pierre

PL  Borg Ian/Scicluna Edward/ Silvio Schembri

Distrett 8  

PN Fenech Adami Beppe/ Agius David/ Therese Commodini Cachia

PL Scicluna Edward/ Chris Cardona

Distrett 9 

PN  Debono Kristy/ Robert Arrigo / Portelli Marthese

PL  Falzon Michael / Grima Clifton

Distrett 10

PN  Arrigo Robert/ Marlene Farrugia / Gouder Karl

PL Bartolo Evarist / Falzon Michael

Distrett 11 

PN  Busuttil Simon/ Agius David/ Vassallo Edwin

PL Agius Decelis Anthony/Muscat Alex

Distrett 12  

PN Busuttil Simon/Cutajar Robert/ Claudette Buttigieg

PL Bartolo Evarist/ Farrugia Michael

Distrett 13 

PN  Said Chris/ Marthese Portelli

PL Camilleri Clint/Justyne Caruana/Refalo Anton