Għall-ewwel darba f’50 sena, fil-Parlament Malti se jkollna 3 partiti eletti. Dan hekk kif il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia ġiet eletta mill-10 Distrett, għalkemm hi ikkontestat fuq il-lista tal-PN bħala parti mill-Forza Nazzjonali.
Marlene Farrugia se tkun parti mill-Oppożizzjoni hekk kif kienet it-tieni kandidata eletta fuq l-10 Distrett wara Robert Arrigo.
Meta żaret iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar ftit wara li giet eletta mill-gdid fil-Parlament, Marlene Farrugia ikkummentat ukoll fuq l-importanza li jkollna forza politika li tkun alternattiva għall-Gvern Laburista, u stqarret il-konvinzjoni taghha li l-PN se jibqa’ jservi lin-nies.
Intant, waqt li kienet qed tindirizza lill-ġurnalisti, Marlene Farrugia ma eskludietx illi tikkontesta wkoll għal kariga fit-tmexxija tal-PN, iżda qalet li mhix taħseb fuq din il-ħaġa għalissa.
//= $special ?>