Elezzjoni 2017 Lokali

Tiġdid tal-karigi fil-Partit Nazzjonalista

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li Alex Perici Calascione, Trevor De Giorgio u Jean Pierre Debono ħabbru li huma m’humiex beħsiebhom jikkontestaw mill-ġdid għall-karigi ta’ Teżorier, Segretarju Internazzjonali u Assistent Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Partit Nazzjonalista meta jinżammu l-elezzjonijiet għal tali karigi.

Għalkemm bħala uffiċjali tal-Partit huma ma kienux jifformaw parti mill-Grupp tat-Tmexxija, huma xorta waħda jagħmlu tagħhom id-deċiżjoni mħabbra lbieraħ mill-Grupp tat-Tmexxija, u dan b’sens ta’ kolleġjalità u ta’ lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista.

Il-ħidma kemm ta’ Alex Perici Calascione, Trevor Degiorgio kif ukoll Jean Pierre Debono fi ħdan il-Partit, tkompli b’impenn u b’determinazzjoni.