Il-kowċ ta’ Juventus Max Allegri ġedded il-kuntratt tiegħu bi tliet snin u b’hekk se jkun marbut maċ-champions Taljani sal-2020. Allegri għadu kemm għen lil Juventus jirbħu l-kampjonat Taljan għas-sitt darba konsekuttiva kif ukoll il-Coppa Italia.
Nhar is-Sibt li għadda t-tim tiegħu safa megħlub fil-finali taċ-Champions League kontra Real Madrid u bla dubju l-għan ta’ Allegri fis-snin li ġejjin se jerġa’ jkun li jipprova jwassal lil Juventus sal-finali, bit-tama li din id-darba tintrebaħ.
Allegri ilu jmexxi lill-Bianconeri tliet snin u matulhom dawn rebħu seba’ trofej u minn 166-il partita Allegri rebaħ 116 minnhom.
Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li Allegri se jkollu salarju ta’ madwar seba’ miljun ewro fis-sena.
ROMA – Il-midfielder ta’ Roma Daniele De Rossi qal li x’aktarx se jirtira mill-futbol fl-2019. De Rossi qal ukoll li qed jaħseb biex wara t-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja hu ma jibqax jilgħab mat-tim nazzjonali Taljan. De Rossi, li għandu 33 sena għadu kemm ġedded il-kuntratt ma’ Roma u issa se jkun aktar punt ta’ riferiment għat-tim la darba Totti ħalla lill-klabb wara karriera ta’ 25 sena. Ta’ min jinnota li Ruma se tkun waħda mill-bliet li se tkun qed tospita partiti tal-Euro 2020 imma De Rossi xorta waħda mhux interessat li jilbes il-flokk Taljan waqt dan it-turnament prestiġjuż.
DORTMUND – Peter Bosz inħatar kowċ ta’ Borussia Dortmund u se jkun qed jieħu post Thomas Tuchel. Bosz se jħalli lil Ajax wara li għenhom jaslu sal-finali tal-Europa League li dawn tilfu kontra Manchester United.
Ta’ min jinnota li Dortmund kellhom iħallsu s-somma ta’ 4.3 miljun lira sterlina biex akkwistaw lil Bosz.
Dortmund kienu keċċew lil Tuchel ġimgħa ilu, anke jekk dan kien għad fadallu diversi snin biex jiskadielu l-kuntratt.
PEPE – Id-difensur ta’ Real Madrid Pepe ħabbar li se jħalli lil Real Madrid wara 10 snin jilgħab magħhom. Matul dawn is-snin hu rebaħ tliet darbiet il-kampjonat domestiku u tliet darbiet iċ-Champions League.
MILAN – Wara li f’Jannar li għadda Milan akkwistaw lill-gowlkiper Storari b’kuntratt sa tmiem l-istaġun li għadu kemm intemm, Storari, li għandu 40 sena, se jkompli magħhom wara li ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena. L-istess Milan akkwistaw lid-difensur ta’ Wolfsburg Ricardo Rodriguez għal-15-il miljun ewro.
FIORENTINA – Fiorentina ħabbru li ħatru lil Stefano Pioli bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom. F’dawn l-aħħar xhur Pioli mexxa lil Inter sakemm tkeċċa mill-kariga meta għal tmiem il-kampjonat kien fadal tliet partiti. Pioli se jkun qed jieħu post Paulo Sousa LAZIO – Il-kowc ta’ Lazio, Simone Inzaghi, ġedded il-kuntratt mal-klabb sal-2020 u se jkollu salarju ta’ miljun ewro fis-sena. Inzaghi kellu staġun pożittiv ma’ Lazio li spiċċaw il-ħames u waslu sal-finali tal-Coppa Italia. INTER – Luciano Spalletti hu l-kowċ il-ġdid ta’ Interu kkonferma dan hekk kif qal, “Kuntent ħafna li se nkun qed inmexxi lil Inter. Ftehmna u ħadna b’idejn xulxin.” Spalletti kien qed jirreferi għal Walter Sabatini, id-Direttur Ġenerali ta’ Inter.
//= $special ?>