Fil-Parlament li mistenni jiftaħ aktar tard dan ix-xahar il-Partit Nazzjonalista se jkun qed ikollu tletin siġġu filwaqt li l-Partit Laburista se jkun qed ikollu seba’ siġġijiet iktar jiġifieri, 37 siġġu.
Dan ifisser li l-mod kif ħa jkun strutturat il-Parlament matul il-leġiżlatura se jkollu żewġ siġġijiet inqas minn dawk tal-leġiżlatura li għaddiet.
Fi tmiem il-proċess elettorali filfatt telgħu Frederick Azzopardi u Carm Mifsud Bonnici biex il-Partit Nazzjonalista jkollu rappreżentanza daqs kemm ikun ġab voti. Dan hu mekkaniżmu kostituzzjonali tal-proporzjonalità.
//= $special ?>