Lokali

Għawwiem Pollakk gravi wara li sab ruħu f’diffikultà fl-għawm f’Kemmuna

Għawwiem Pollakk li sab ruħu f’diffikultà viċin Krystal Lagoon ġewwa il-Blue Lagoon f’Kemmuna ġie trasferit lejn l-isptar ġenerali t’Għawdex fejn qed jingħata l-kura.

Dan wara li kien avviċinat u assistit mill-Hydro Ambulance tal-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) li amministraw is-CPR. Din l-organizzazzjoni hi waħda volontarja, karitatevoli u mhux għall-profitt li taħdem biex tipprevjeni u tiffaċilitaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.

Ġew assistiti wkoll żewġ għawwiema oħra, li kienu għajjenin. Dan wara li niżlu jgħumu minkejja li l-ERRC kellha bandiera ħamra biex tavża lill-għawwiema dwar baħar qawwi u kurrenti b’saħħithom.

Kull min jeħtieġ għajnuna waqt l-għawm għandu jinforrma lill-ERRC fuq 99000112.