Lokali

Korean jegħreq fl-inħawi magħrufa bħala tat-Toqba, fil-Mellieħa

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Korean ta’ 43 sena residenti s-Swieqi tilef għal ħajtu wara li miet mgħarraq fl-inħawi magħrufa bħala tat-Toqba, Mellieħa.

Kien għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart li l-Pulizija ġiet infurmata li kien intlemaħ raġel f’wiċċ il-baħar.

Il-Pulizia marru minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel investigazzjoni deher li l-Korean sab ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum. Huwa ttella’ l-art permezz ta’ ħelikopter u ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza. Madankollu hu ġie ċċertifikat mejjet.

Dwar il-każ infetħet inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.