Lokali

Żagħżugħ ta’ 30 sena jmut matul il-lejl waqt party fil-limiti tar-Rabat

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun tilef ħajtu matul il-lejl li għadda, waqt li kien qed jattendi għal party fi stabbiliment tad-divertiment fil-limiti tar-Rabat.

Kien għall-ħabta ta’ nofs il-lejl li ż-żagħżugħ deher mitluf minn sensieh. Immedjatament intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, madankollu hu ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla tiegħu fl-isptar.

Mhux eskluż li r-raġuni wara l-mewt tiegħu hu l-abbuż minn sustanzi llegali. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, bil-Maġistrat Audrey Demicoli i qed tmexxi inkjesta maġisterjali.