Filwaqt li bejn il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd jintlagħbu diversi partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018, se tintlagħab logħba ta’ ħbiberija mill-aktar mistennija bejn ir-rivali l-Brażil u l-Arġentina. Il-partita se tintlagħab fl-Awstralja u l-Brażil mistennija jserrħu diversi plejers u għall-Arġentina se jagħmel debutt tal-kowċ Jorge Sampaoli.
Dan tal-aħħar kien ħa post Edgardo Bauza.
Minkejja li din partita ta’ ħbiberija żgur li ż-żewġ timijiet se jkunu jridu jieħdu rebħa, rebħa li tgħin fil-morall sena qabel it-Tazza tad-Dinja.
Il-Brażil diġà għaddew għall-fażi finali filwaqt li l-Arġentina jinsabu f’riskju kbir li ma jgħaddux għall-fażi finali. L-Arġentina se jkunu mingħajr il-midfielder ta’ Barcelona Javier Mascherano li weġġa’. Jihder li Messi u Dybala se jibdew flimkien fl-attakk u din se tkun biss it-tieni darba li se jilagħbu flimkien.
Għall-Brażil mistenni jirritorna Thiago Silva, li ilu ma jilbes il-flokk Brażiljan sa mill-2015.
L-attakkant Neymar se jkun nieqes minħabba li dan se jingħata ġimgħat ta’ mistrieħ wara staġun twil ma’ Barcelona.