Fi stqarrija Therese Commodini Cachia iddikjarat li se tkompli sservi lill-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament Malti u b’hekk se tirriżenja minn Membru Parlamentari fil-Parlament Ewropew.
Therese Commodini Cachia sostniet li mir-reazzjoni li kellha minn ħafna nies li jemmnu fiha u jħobbu lill-Partit Nazzjonalista, qalet li jidher ċar li n-nies jriduha sservi fil-Parlament Malti u mhux fil-Parlament Ewropew. Għalhekk sostniet li tapprezza din is-sinċerità, u waqt li rringrazzjat lin-nies u skużat ruħha li bid-deċiżjoni li kienet ħadet, setgħet weġġagħthom.
Therese Commodini Cachia sostniet li hi daħlet fil-politika biex tkun għas-servizz tan-nies, fejn iriduha n-nies, għalhekk qed tagħżel li tirrapreżenta lin-nies fil-Parlament Malti waqt li se tirriżenja mill-Parlament Ewropew.
Therese Commodini Cachia assigurat lil kulħadd li se tagħti l-enerġija kollha tagħha biex jissaħħaħ il-Partit Nazzjonalista għaliex hu dan il-Partit li jassigura li f’pajjiżna jkun hawn tmexxija nadifa li fuqha biss tista’ tinbena ekonomija b’saħħitha.
Therese Commodini Cachia fl-istqarrija sostniet li twiegħed li, kif dejjem kienet, tibqa’ tkun għas-servizz tan-nies.
Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ d-deċiżjoni ta’ Therese Comodini Cachia
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li jilqa’ d-deċiżjoni ta’ Therese Comodini Cachia li, minkejja li ġiet eletta kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll fil-Parlament Malti, għażlet li sservi lill-elettorat fil-Parlament Malti.
Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-lealtà u s-sagrifiċċju personali li għamlet Therese Comodini Cachia meta aċċettat li tikkontesta l-elezzjoni minkejja s-siġġu parlamentari tagħha fi Brussell. Therese aċċettat li tikkontesta għall-elezzjoni ġenerali fuq insistenza tal-Kap tal-Partit u biex tgħin lill-partit u żgur li din ma kienitx deċiżjoni faċli għaliha.
//= $special ?>