Lokali

Ħaddiem isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn fork lifter f’Bulebel

Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 43 sena minn Marsaskala weġġa’ gravi wara li llum kien involut f’inċident waqt li kien qed jaħdem ġo fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun.

Jirriżulta li l-ħaddiem weġġa’ meta għall-ħabta tat-8a.m ntlaqat minn fork lifter li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 34 sena mill-Kalkara.

Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.