L-Oppożizzjoni lesta biex b’mod immedjat, tibda diskussjoni mal-Gvern dwar il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru m’għandu l-ebda skuża biex itawwal dan il-proċess u m’għandux jipprova jġib skużi bit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li se tinbidel. Il-proċess tal-bidla fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bl-ebda mod ma jżomm milli dan isir sostna l-Partit Nazzjonalista.
Kull m’għandu jagħmel il-Prim Ministru huwa li javviċina lill-Oppożizzjoni biex jintlaħaq ftehim dwar persuna għal din il-kariga importanti.
Għalhekk, għall-Oppożizzjoni, il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika tista ssir minnufih ittemm l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

