Għada, l-Portugall, champions Ewropej jilagħbu barra minn darhom kontra l-Latvja f’logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
Dan il-konfront għall-Portugiżi se jasal kważi ġimgħa u nofs qabel ma dawn jibdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Fuq il-karta l-Portugall mhux mistennija jsofru biex jerġgħu jirbħu kontra l-Latvja, tim li f’Novembru li għadda għelbuh bi skor ta’ 4-1. Bla dubju l-akbar theddida għal Latvja se jkun Cristiano Ronaldo li għaddej minn forma mill-aqwa u li għadu kemm skurja s-600 gowl fil-karriera tiegħu meta skurja doppjetta fir-rebħa li kisbu Real Madrid kontra Juventus fil-finali taċ-Champions League.
L-Olanda, li tinsab f’riskju kbir li ma tikkwalifikax għat-Tazza tad-Dinja tal-2018, tilgħab kontra l-Lussemburgu. Għat-tim li issa qed jerġà jitmexxa minn Dick Advocaat, se jkun qed jirritorna l-playmaker Wesley Sneijder. Jekk jilgħab, Sneijder isir l-aktar plejer li qatt lagħab għall-Olanda b’total ta’ 131 partita.
Konfront interessanti se jkun dak bejn Franza u l-Iżvezja, żewġ timijiet li qed jokkupaw l-ewwel żewġ postijiet ta’ Grupp B bil-Franċiżi jgawdu vantaġġ ta’ tliet punti. F’Novembru Franza kienu rebħu 2-1 kontra l-Iżvezja b’dawn tal-aħħar illum jilagħbu quddiem il-pubbliku tagħhom.
Il-Belġju se jkollhom lill-playmaker Eden Hazard nieqes wara li kiser l-għaksa imma mhux mistennija jfallu kontra t-tim modest tal-Estonja.
Il-Programm
Tazza tad-Dinja 2018
Rawnd ta’ Kwal.
Il-Ġimgħa
Belarus v Bulgarija
Olanda v Lussemburgu
Żvezja v Franza
Andorra v Ungerija
Gżejjer Faroe v Żvizzera
Latvja v Portugall
Bożnija v Greċja
Estonja v Belġju
Ġibiltà v Ċipru