Chris Abela, żagħżugħ ta’ 28 sena mir-Rabat miet meta dalgħodu kien involut f’inċident bil-mutur fl-Imrieħel. L-inċident seħħ ftit qabel id-9a.m. meta għal xi raġuni kien hemm impatt bejn il-mutur tal-vittma u trakk.
Ir-raġel kien konfermat mejjet fuq il-post waqt li x-xufier u l-passiġġier tat-trakk ittieħdu l-isptar Mater Dei minħabba li qed isofru minn xokk qawwi.
Il-Bypass fid-direzzjoni ta’ Ħal-Qormi għal xi ħin ingħalqet għat-traffiku.
Dwar dan l-inċident inħatret inkjesta maġisterjali.
Din hi d-disa’ fatalita’ minn inċident tat-traffiku din is-sena.