Futbol Sport

Tazza tad-Dinja U20 – Finali bejn l-Ingilterra u l-Venezwela

L-Ingliżi jiċċelebraw wara r-rebħa fuq l-Italja

Nhar il-Ħadd li ġej fil-Korea t’Isfel tintlagħab il-finali tat-Tazza tad-Dinja għal timijiet ta’ taħt l-20 sena. Din se tkun ikkontesta bejn l-Ingilterra u l-Venezwela. Dan wara li nhar il-Ħamis li għadda l-Ingliżi wettqu rimonta mill-aqwa hekk kif għelbu lill-Italja bi skor ta’ 3-1.

Orsolini kien poġġa lit-Taljani fil-vantaġġ imma l-Ingilterra ma qatgħux qalbhom u skurjaw tlieta. L-eroj tagħhom kien bla dubju l-akkwist il-ġdid ta’ Liverpool Solanke li l-ewwel ġab id-draw u aktar tard issiġilla r-rebħa bit-tieni gowl tiegħu u t-tielet wieħed tal-Ingilterra.

L-avversarji tal-Ingilterra se jkunu l-Venezwela wara li dawn eliminaw lill-Urugwaj bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba kienet intemmet fi draw ta’ 1-1. B’mod mill-aktar drammatiku l-Venezwela ġabu d-draw fil-ħin miżjud u baqgħu sejrin biex rebħu 4-3 bil-penalties.

Kemm għall-Ingilterra kif ukoll għall-Venezwela din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li se jkunu qed jikkontestaw il-finali ta’ din il-kompetizzjoni.