Lokali

BIR-RITRATTI: Il-bieb tal-klinika ta’ Jeffrey Pullicino Orlando jingħata n-nar

Fortunatament ħadd ma weġġa’ u nar li tqabbad mal-faċċata tal-klinika tad-dentist Jeffrey Pullicino Orlando laħaq ġie kkontrollat biex b’hekk kienet evitata traġedja.

Jirriżulta li matul il-lejl, persuna jew persuni mhux magħrufa poġġew tank mimli petrol quddiem il-bieb tal-klinika fejn Jeffrey Pullicino Orlando jaħdem bħala dentist, f’Ħaż-Żebbuġ.

In-nar ikkawża ħsara fil-bieb tal-klinika, iżda fortunatament it-tank tal-petrol ma laħaqx sploda. Li kieku seħħ dan, il-każ seta’ jkun wieħed ferm agħar hekk kif maġenb il-klinika toqgħod ukoll koppja anzjana.