Lokali

FILMAT: Jisraq kemm jiflaħ basktijiet f’Tas-Sliema

Sid ta’ ħanut max-xatt ta’ Tas-Sliema li jbiegħ affarijiet differenti safa’ vittma ta’ serqa wara li raġel ħataf kemm felaħ basktijiet u baqa’ sejjer bihom.

Hu deher jieħu l-basktijiet minn kameras tas-sigurtà tal-istess stabbiliment f’każ li seħħ il-Ħamis fil-ħdax u nofs ta’ filgħodu.

Waqt li qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab dan ir-raġel u jrodd lura l-oġġetti misruqa, Net News hu nfurmat li dan spiss jidher iwaqqaf lin-nies u jittallab għall-flus. Lin-nies li jwaqqaf saħansitra jgħidilhom li m’għandux saqaf fuq rasu u li għandu bżonn il-flus biex ikollu x’jiekol.