Fl-elezzjoni ġenerali bikrija fir-Renju Unit, il-konservattivi tal-Prim Ministru Theresa May kisbu l-akbar ammont ta’ siġġijiet fil-Parlament iżda mhux mistennija tikseb maġġoranza biex tkun tista’ tiggverna waħedha.
May sejħet din l-elezzjoni biex iżżid is-siġġijiet u jkollha aktar saħħa fin-negozjati tal-Brexit mal-Unjoni Ewropea, iżda jidher li din ħadmet kontriha.
Kollox jindika li l-Partit Laburista rebaħ aktar kostitwenzi mill-elezzjoni ta’ sentejn ilu, b’żieda ta’ aktar minn 30 deputat fost is-650 li hemm fil-Parlament.