Futbol Sport

Lejn it-Tazza tad-Dinja tal-2018…… jiltaqgħu r-rivali

F’waħda minn diversi partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018, is-Sibt l-Iskozja jilqgħu lill-Ingilterra f’Hampden Park fi Glasgow. Bħalissa l-Iskozja qegħdin sitt punti taħt l-Ingliżi li qegħdin l-ewwel fil-grupp.

It-tim ta’ Southgate jittama li jirrepeti l-wirja li kellu f’Novembru li għadda meta dakinhar kien rebaħ 3-0 kontra l-Iskozja.

Jidher li llum l-attakkant Harry Kane se jkun qed jibda fuq quddiem għall-Ingliżi u din se tkun l-ewwel darba li se jkun qed jilgħab sa minn meta Southgate nħatar kowċ.

Rebħa għall-Ingliżi tkun tfisser li dawn jagħmlu pass kbir lejn il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.