B’referenza għad-diskors tal-Prim Ministru llejla, li qal li jrid jaħdem mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jistenna biex mill-kliem jgħaddi għall-fatti, Muscat għandu immedjatment jreġġa’ lura t-transfers vendikattivi li saru mill-Gvern din il-ġimgħa stess – eżatt wara l-elezzjoni ġenerali.
Minn nhar it-Tnejn li għadda, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ordna diversi transfers vendikattivi fil-konfront ta’ ħaddiema taċ-ċivil u tal-aġenziji tal-Gvern.
Inutli l-Prim Ministru jitkellem fuq l-għaqda fil-pubbliku biex minn wara dahar kulħadd ikisser lin-nies bi transfers vendikattivi kif għamel din il-ġimgħa.
Joseph Muscat għandu quddiemu test biex juri li dak li jitkellem dwaru, iwettqu. Jekk iħalli dawn it-transfers vendikattivi fis-seħħ, l-poplu Malti u Għawdxi jkollu konferma li mhux veru ‘aħna lkoll Malta’.
//= $special ?>