Grupp ta’ voluntiera li kienu qed inaddfu ż-żona madwar l-Akkwarju Nazzjonali ħadu sorpriża xejn sabiħa meta fetħu kaxxa ssiġillata li nstabet mal-kumplament tal-iskart.
Malli fetħu din il-kaxxa, fuq ġewwa sabu annimal, x’aktarx fenek, li aktarx miet mgħallaq u li partijiet minn ġismu kienu mqaxxra. Mhux magħruf għaliex il-fenek tħalla sħiħ u mbiċċer qabel ġiet issiġillata l-kaxxa, bil-ħabel li aktarx tgħallaq bih b’kollox.
Is-sejba makabra nstabet waqt tindifa taż-żona tal-promenade ta’ Buġibba; waħda minn sensiela ta’ clean ups organizzati mill-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta matul is-sena.
//= $special ?>