“Mhux se nirrizenja”, kienet din id-dikjarazzjoni ta’ Anton Refalo wara li s-Sibt filgħodu il-gazzetta The Malta Independent rrapurtat li l-eks Minstru għal Għawdex qed jikkunsidra li jirtira wkoll minn Membru Parlamentari.
F’kumment qasir ħafna ma’ newsbook.com.mt, Anton Refalo qal li f’din il-leġiżlatura hu se jkun backbencher.
L-indepedent irraportat li l-eks Ministru, qed jikkunsidra li jagħmel dan wara li l-Prim Ministru ħatar lil Justyne Caruana bħala Ministru għal Għawdex, u dan minkejja li Refalo ġab l-akbar ammont ta’ voti fit-13-il distrett. Anton Refalo ġab 1,600 vot aktar minn Justyne Caruana.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar il-kabinett tieghu, il-Prim Ministru qal li Anton Refalo m’accettax pozizzjoni ohra fil-kabinett, jekk mhux Ministru għal Għawdex.
Bħalissa Anton Refalo huwa l-aktar deputat li ilu jservi fil-Parlament Malti. Flimkien mal-ministru Joe Mizzi. Refalo kien elett fil-Parlament l-ewwel darba fl-1987 u baqa’ jigi elett fl-elezzjonijiet kollha, inkluz l-ahhar elezzjoni tas-sibt li ghadda b’aktar minn 4,800 vot.
Matul l-aħħar leġilatura l-Ministru Anton Refalo kien involut f’diversi każijiet, fosthom il-każ tal-inkjesta dwar l-involviment ta’ politiċi f’każ ta’ traffikar tad-droga.
Fil-ħatriet tal-kabinett ta’ Joseph Muscat spikkaw ukoll il-ħatriet mill-ġdid ta’ Konrad Mizzi bħala ministru u l-konferma ta’ Keith Schembri bħala chief of staff.
//= $special ?>