Il-Gran Dukessa tar-Russja, Maria Vladimirovna, mistennija żżur lil pajjiżna bejn it-Tlieta u s-Sibt li ġej għal żjara storika u kulturali.
Hi se tkun akkumpanjata mill-Prinċep Vadim Lopukhin u l-Prinċipessa Ekaterina Lopukhin li mistennija tieħu postha, kif ukoll Stanislav Dumin u Hieromonk Nikon, il-mexxej u direttur tal-Kanċillerija rispettivament.
Iż-żjara tal-Gran Dukessa, dixxindenti diretta ta’ Katerina l-Kbira u Alessandru II, timmarka l-140 anniversarju mit-twelid ta’ nannitha l-Gran Dukessa Vittorja tar-Russja, li twieldet propju f’pajjiżna, fil-Palazz ta’ San Anton, fil-25 ta’ Novembru 1876.
Matul din iż-żjara, il-familja imperjali Russa se tiltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, mal-Ambaxxatur Russu f’Malta Vladimir Malygin, mal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni Sovrana u Militari ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta, Daniel de Petri Testaferrata.
Iżżur ukoll iċ-Ċimiterju ta’ Braxia, il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, l-Ipoġew kif ukoll siti storiċi oħra f’pajjiżna.
//= $special ?>