Wara li ma ngħatax raġun mill-Kummissjoni Elettorali, l-Partit Laburista kompla jwebbes rasu u juri kemm ma jirrispettax id-deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi. Qal dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara li l-Partit Laburista ħabbar li ppreżenta rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali li tat żewġ siġġijiet lill-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista qal li r-rikors li l-Partit Laburista ressaq quddiem il-Qorti Kostituzzjonali hu intiż biss biex id-distakk bejn iż-żewġ partiti ma jkunx jirrifletti d-distakk fil-voti.
Il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija qal li fil-Qorti, se jkun qed jiddefendi kemm ir-rieda tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll il-liġi Kostituzzjonali. F’din l-elezzjoni, l-Partit Nazzjonalista ġab aktar minn 135,000 vot li kull wieħed minnu għandu jiġi rrapreżentat fil-Parlament, b’distakk ta’ 7 siġġijiet mill-Gvern.
Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li iżda, l-Partit Laburista ma jirrispettax id-deċiżjoni tal-poplu Malti u Għawdxi u spiċċa jattakka anke dan l-istess riżultat.
//= $special ?>