Fil-Parlament għal-leġiżlatura li jmiss jista’ jiġi elett il-blogger Glenn Bedingfield li mill-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja, fl-aħħar erba’ snin iddistingwa ruħu għal artikli li f’xi każi kienu sessisti, kontra l-komunità LBGTIQ u b’attakki personali, tant li wħud mill-artikli kellhom jitneħħew wara li nqalgħet kontroversja.
Dan wara li saret laqgħa konġunta tal-Eżekuttiv Nazzjonali u l-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, fejn ġie deċiż fejn għandhom isiru l-elezzjoni każwali – jiġifieri li d-Deputati Laburisti eletti minn żewġ distretti jċedu wieħed mid-distretti sabiex jitilgħu 7 Deputati oħra li jingħaqdu mal-Grupp Parlamentari Laburista.
Id-deċiżjoni li ttieħdet permezz ta’ vot tfisser li Glenn Bedingfield jista’ jiġi elett mit-tieni distrett, wara li Helena Dalli ċċedi postha u żżomm dak fit-tielet distrett.
Joseph Muscat se jċedi il-5 distrett elettorali u minfloku aktarx ikun elett il-President tal-Partit Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi.
Il-Ministru Chris Fearne se jċedi r-raba’ distrett biex minfloku, jew jirritorna Etienne Grech jew inkella jiġi elett Andy Ellul.
Mis-sitt distrett, aktarx tiġi eletta Rosianne Cutajar wara li Silvio Schembri ċeda dan id-distrett u żamm postu mis-7 distrett.
Dan filwaqt li Edward Scicluna, Michael Falzon u Evarist Bartolo se jċedu it-8, id-9 u t-12-il distrett biex minflokhom Edward Zammit Lewis, Manuel Mallia u Deborah Schembri huma l-favoriti li jirritornaw fil-Parlament.
//= $special ?>