Fl-aħħar jiem żewġ frieħ ta’ bies inqatlu minn tiri sparati minn persuna jew persuni li għadhom mhux identifikati – dan seħħ f’żewġ każi separati, wieħed f’Malta u l-ieħor f’Għawdex.
Jirriżulta li matul din is-sena kienu rreġistrati erba’ pari bil-bejta li tliet pari minnhom kellhom tliet frieħ kull wieħed, u par ieħor li tajjar żewġ frieħ.
Iżda sfortunatament tnejn minn dawn il-frieħ inqatlu, b’wieħed minnhom jispiċċa fil-baħar, ferut, sakemm finalment għereq qabel seta’ jiġi salvat (ritratt). Dan il-każ seħħ preċiżament fl-istess żona fejn f’Settembru tas-sena li għaddiet, għaddas irraporta li xi kaċċaturi sparaw lejh meta fil-mira tagħhom kien hemm kuċċarda, fil-baħar.
Il-bies kien ilu snin twal ma jbejjet f’pajjiżna, iżda reġa’ beda jagħmel dan riċentament bl-għajnuna ta’ individwi u NGOs, inkluż dawk tal-kaċċaturi.
//= $special ?>

