Kontra kull mistenni t-tennista mil-Latvja Jelena Ostapenko, tennista li għad għandha 20 sena rebħet l-Open ta’ Franza meta ħasdet u għelbet lil Simona Halep.
Ostapenko wettqet rimonta mill-aqwa u wara li kienet 3-0 minn taħt kontra t-tennista Rumena biex rebħet bi skor ta’ 6-4 4-6 3-6, proprju fl-ewwel finali ta’ Grand Slam li kienet qed tieħu sehem fiha.
Ta’ min jinnota li Ostapenko, li kienet unseeded f’dan it-turnament hi mmexxija minn ommha li hi anke l-kowċ tagħha. Halep, b’din it-telfa, tilfet iċ-ċans ukoll li titla’ fit-tieni post tar-rankings mondjali.
//= $special ?>