Lokali

Wara rapport lill-Animal Welfare iħalluha fit-triq … illum tinstab mejta

Kelba li kellha l-friegħ u kienet qed tiġri fi Triq il-Kosta, dalgħodu nstabet mejta, aktar wara li ntlaqtet minn karozza, wara li uffiċjali tal-Animal Welfare naqsu milli jiġbruha minkejja r-rapporti li saru.

Jirriżulta li l-uffiċjali ħadu l-friegħ kollha tal-kelba, ħlief wieħed minnhom u lill-istess omm li tħallew jiġru barra.

Il-persuna li rrappurtat ġiet infurmata li l-liġi ma tħallihomx jiġbruha għaliex ma kinitx imweġġa’, minkejja li tidher mixruba, waqt li wieħed mill-friegħ kellu jitħalla hemm għaliex l-omm kien għad fadlilha l-ħalib.

Iżda waqt li l-friegħ ittieħdu mingħand l-omm, dalgħodu l-kelba nstabet mejta waqt li għad mhux magħruf x’sar mill-ferħ li kien għad fadal fit-triq. Mhux eskluż li l-kaaż seħħ wara li l-omm kienet trawmatizzata u mferfxa, tfittex lill-friegħ li tteħdulha.

Intant f’kummenti lil sezzjoni oħra tal-midja, id-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello ċaħad li xi ġeru tal-kelba tħalla fit-triq iżda ammetta li din tħalliet fi Triq il-Kosta, fejn eventwalment inqatlet.

Montebello qal li l-kelba ġiet neutered wara li kellha l-ġriewi, iżda ntefgħet fit-triq mill-ġdid fejn kien ilha tgħix għaliex “l-‘Animal Welfare’ ma taffordjax timla’ l-ispazju limitat tagħha bi klieb li jkunu mitmugħin.”