Lokali

FILMAT: Michela Galea nkurunata Miss World Malta

Michela Galea kienet inkurunata bħala Miss World Malta 2017. It-tfajla ta’ 20 sena mill-Imġarr se tkun qed tirrapreżenta lil Malta f’Miss World 2017 f’Diċembru li ġej fiċ-Ċina.

Michela Galea wirtet ix-xettru minn Anthea Zammit, rebbieħa ta’ Miss World Malta 2016.

F’serata mill-isbaħ li saret is-Sibt filgħaxija fi Pjazza Teatru Rjal fil-Belt Valletta ħadu sehem 28 parteċipanta. Is-serata xxandret live fuq Net Television.

Il-mudella, magħrufa wkoll bħala kantanta residenti fuq il-programm ta’ divertiment fuq Net Television, The Entertainers, kienet segwita fit-tieni post spiċċat Amber Debono, fit-tielet post Alexia Vella, u mal-aqwa ħamsa kklassifikaw ukoll Denise Spiteri u Natalie Bonello.

F’Diċembru ta’ din is-sena din iż-żagħżugħa tipparteċipa f’Miss World li se jkun qed isir fiċ-Ċina.